Il-Gvern issospenda b’effett immedjat il-konsulenza tas-Sur Lawrence Cutajar.
Il-Ministeru għall-Intern fi stqarrija qal li din id-deċiżjoni ttieħdet fid-dawl ta’ allegazzjonijiet li kien hemm fl-aħħar sigħat fil-konfront ta’ kif aġixxa meta s-Sur Cutajar kien Kummissarju tal-Pulizija.
Is-Sur Cutajar iddefenda l-pożizzjoni tiegħu. Minkejja dan, il-Ministeru qal li jħoss li għandu jieħu din id-deċiżjoni sakemm ikun ċar x’kienu l-fatti.