SOS Malta wieġbet għas-sitwazzjoni ta’ emerġenza fi Sri Lanka wara l-agħar għargħar f’erbatax-il sena.
Minn tal-inqas 194 mietu kawża ta’ dawn l-għarar filwaqt li nofs miljun persuna spiċċat bla residenza. L-aktar żona milquta kienet dik ta’ Matara.
Kien għalhekk li SOS Malta bdiet tagħti l-għajnuna tagħha u offriet għajnuna finanzjarja ta’ $ 2,000 mill-fond ta ’emerġenza tagħha.
Iżda SOS Malta kellha appell urġenti għall-Maltin biex anke huma jkunu ġenerużi u jagħtu d-donazzjoni tagħhom. Aktar dettalji dwar kif wieħed jagħmel id-donazzjonijiet tista’ ssibhom fuq din il-link.