Imniedi fond innovativ li se jgħin lil Start Ups jiksbu sors ta’ kapital biex l-ideat innovattivi tagħhom jieħdu l-ħajja. L-inizjattiva, bl-isem ta’ ‘Seed Investment Scheme’, li se tibda topera minn Awwissu li ġej se tagħti investitaturi li jinvestu f’kumpaniji li għadhom se jifħtu jew li ilhom inqas minn tlett snin li fetħu, kreditu ta’ 35% fuq it-taxxa. Dan il-kreditu jitla sa massimu 250,000.
Din l-iskema, li kienet mwegħda fil-baġit li għadda, kienet imfassla wara riċerka ta’ inċentivi simili li jingħataw barra minn xtutna u mtejba biex tkun adattata għal pajjiżna. Huwa mistenni li din l-iskema mhux biss tatratta Start Ups Maltin iżda anke dawk barranin, fejn il-pjan tal-Gvern hu li Malta ssir hub għall-istart Ups.
Din l-iskema, li kienet mwegħda fil-baġit li għadda, kienet imfassla wara riċerka ta’ inċentivi simili li jingħataw barra minn xtutna u mtejba biex tkun adattata għal pajjiżna. Huwa mistenni li din l-iskema mhux biss tatratta Start Ups Maltin iżda anke dawk barranin, fejn il-pjan tal-Gvern hu li Malta ssir hub għall-istart Ups.
Il-Mimcol se tkun qegħda tiffaċilita l-proċess li bih l-investituri japplikaw għal din l-iskema billi tigwida kemm l-istart ups u kif ukoll lill-investituri.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat irrefera għat-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna, li jagħmilha possibbli li s-Seed investment scheme issir realta u tgħin lil pajjiżna jtejjeb is-sitwazzjoni ekonomika tiegħu b’dawn il-proġetti innovattivi. Il-Prim Ministru spjega li dan il-proġett se jkun qed jgħin b’mod speċjali liż-żgħażagħ li jixtiequ jibdew il-kumpanija tagħhom u li ma jsibux biżejjed għajnuna mill-banek. Madanakollu qal li dan il-fond se jkun qed jikkumplimenta u mhux jisostwixxi l-irwol tal-banek.
Il-Ministru Chris Cardona sostna li huwa essenzjali li l-Gvern jiddentifika n-nuqqasijiet li jħossu l-intraprendituri biex dawn ikunu indirizzati kif qed isir b’dan is-Seed Investment Scheme li se tiffaċilita l-aċċess għall-kapital tal-kumpaniji u toħloq ambjent ekonomiku u qafas legali li jinċentiva iktar Start Ups.
Il-Ministru Edward Scicluna qabbel dawn l-istart ups ma’ żerriegħa li għada pit għada tista ssir siġra u li l-Gvern qed jirrikonoxxi l-importanza tagħhom sa mill-ewwel stadji tagħhom.