L-elezzjonijiet każwali ma tantx marru kif xtaqu l-istrateġisti fil-Partit Nazzjonalista u dak li beżgħu li se jiġri meta Beppe Fenech Adami webbes rasu u kkonvinċa lill-eżekuttiv biex hu jċedi s-seba’ distrett minflok it-tmien seħħ.
Godfrey Farrugia kien elett fil-Parlament biex għal uħud fil-Partit Nazzjonalista l-Partit tilef siġġu ieħor għall-partit demokratiku. Evidenti n-nuqqas ta’ ferħ mill-esponenti tal-Partit Nazzjonalista preżenti fis-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar x’ħin deher ċar li se jkun deputat parlamentari.
Għalkemm anke hawn xejn mhu ċar. Il-Qorti qalet li l-Partit Demokratiku ma jeżistiex fil-parlament u li Marlene Farrugia hi biss deputat tal-Partit Nazzjonalista.
Anke Net News għamluha ċara li Godfrey Farrugia mhux xejn għajr deputat tal-PN.
Iżda, Farrugia ma kienx daqstant ċar.