F’mossa sorpriża, il-grupp leġġendarju ABBA ħabbar li se joħroġ album ġdid wara 40 sena.
Il-grupp Żvediż ta’ fama internazzjonali u li rebaħ il-Eurovision Song Contest fl-1974 qal li l-album se joħroġ f’Novembru li ġej.
Il-grupp ta’ erbgħa li nfired fl-1982 se jkun qed itella’ anki sensiela ta’ kunċerti virtwali.
ABBA, bil-mużika ta’ Mamma Mia, irrekordjaw għaxar kanzunetti għall-album ABBA Voyage.
Benny Andersson, wieħed mill-membri tal-grupp leġġendarju qal li li għall-ewwel kienu se joħorġu biss żewġ kanzunetti iżda x-xewqa għall-aktar materjal, kibret.