It-tieqa tad-Dwejra vera li m’għadhiex hemm, iżda żgur tinsab fl-immaġinazzjoni u l-memorja. U min jimmaġina ħafna, jekk mhux it-tfal?
Minn tfal Maltin nistennweha, iżda kienet sorpriża għall-Ministru Edward Scicluna meta sab it-Tieqa mpenġija fuq ġebel eżibit minn tfal f’Baden Baden. Hemm qed issir laqgħa tal-pajjiżi tal-G20.
Hija belt li tinsab f’Baden Wurttemberg, il-Ġermanja. Fuq l-aġenda fil-laqgħa bejn Ministri responsabbli mill-finanzi hemm is-suq ħieles, l-evażjoni tat-taxxa u r-regolarizazzjoni tas-swieq finanzjarji. Il-laqgħu tiġi fi tmiemha llum is-sibt.
#Dwejra Window makes it to #G20 children’s painted stones exhibition in Baden Baden. pic.twitter.com/deTFLdERBi
— Prof Edward Scicluna (@edward_scicluna) March 18, 2017