Il-kuntentizza tista’ ssibha fl-affarijiet li tagħmel kuljum. Dan huwa l-messaġġ ewlieni li l-grupp The Travellers qed iwasslu permezz tas-single ġidida Ħafi Paċi Kuluri.
Mhumiex kliem li għażlu b’kumbinazzjoni, spjegawlna l-grupp Għawdxi, imma meta tara l-filmat ta’ mad-diska tinduna li jwasslu għall-fatt li l-vera kuntentizza ma tistax tiksibha bil-flus jew bl-affarijiet materjali.
Ħafi Paċi Kuluri ssegwi diski oħra li għamlu suċċess enormi, bħal Sempliċità, Dak li Int u Xemx u Xita. The Travellers għandhom numru ta’ kunċerti għal dan is-sajf – bla dubju se nkunu qed nisimgħu Ħafi Paċi Kuluri… u forsi permezz tagħha titnissel tbissima ħelwa u jitnaqqxu memorji ġodda ta’ dan is-sajf Malti.
X’għandhom x’jaqsmu s-sorijiet? Skopri hawn!