Waqt tfittxijiet ta’ rutina mis-Sezzjoni tad-Dwana tal-K9 flimkien mat-tim ta’ kontra l-ħasil tal-flus, ġew skoperti ammont sostanzjali ta’ flus fuq passiġġier waqt li pprova jitlaq minn Malta.
Sophie, il-kelb tal-K9, tat indikazzjoni ċara li l-passiġġier li kien sejjer Istanbul kellu fuqu flus.
Meta l-passiġġier kien mistoqsi mit-tim ta’ kontra l-ħasil ta’ flus, qal li kien iddikjara inqas minn €10,000 iżda fi tfittxija fuq persuntu u l-bagalji tiegħu, instabu €11,650.
Il-passiġġier kien immultat skont il-proċedura.