Id-Dwana għamlet qabda ta’ €16,000 mhux iddikjarati fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Dan wara li l-kelba tad-Dwana, Sophie, xammet il-flus mhux iddikjarati fuq passiġġier li kien għadu kif jasal minn barra.
Il-qabda saret ilbieraħ filgħaxija wara li d-Dwana kienet qed tagħmel spezzjonijiet, fejn il-passiġġier meta ġie mistoqsi kemm kellu flus fuqu, hu qal li kellu €10,000. L-uffiċjali ma kinux konvinti b’din id-dikjarazzjoni u wara tfittxija li saret nstab li kellu €16,000.
Il-passiġġier għażel li ma jippillax u li jittiħdulu s-€6,000 żejda li kellu mhux iddikjarati, skond il-liġi.