The Third Eye hija l-organizazzjoni studentenska indipendenti li organizzat id-dibattuti bejn il-mexxejja tal-Partiti Politiċi fuq il-campus tal-Università ta’ Malta.
F’sondaġġ li għamlet eżatt wara l-programm Xarabank tal-bieraħ, staqsew lill-pubbliku ġenerali mistoqsia sempliċi: min kien l-aħjar waqt id-dibattitu dwar l-elezzjoni ġenerali, Joseph Muscat jew Simon Busuttil?
Ir-riżultat jitkellem waħdu: 10,406 favur il-Prim Ministru. Id-doppju ta’ Simon Busuttil.
Dan tal-aħħar, filwaqt li ħareġ karti kontr karti, baqa’ jibża jerfa’ responsabilità wara t-tfigħ kollu ta’ tajn fuq il-każ Egrant. Ma spjegax kemm daħħal flus fil-but meta tax-Shell għamlu out of court settlement ta’ €5 MILJUNI, u ma refax ir-responsabilità fuq il-każ Beppe Fenech Adami, li allegazjonjiet dwaru b’rabta ma’ droga u ħasil ta’ flus jinsabu quddiem l-FIAU.
Barra minn hekk, kien dibattitu fejn minkejja t-tfigħ kollu ta’ tajn ta’ Simon Busuttil, ma spjegax imqar darba l-proposti li għandu għal ġid u l-ġejjieni tal-pajjiż.