Ilbieraħ għall-ħabta tad-21.00p.m, raġel mis-Sudan li għandu 34 sena residenti l-Marsa daħal fl-Għassa tar-Rabat, Għawdex u allega li kien għadu kemm ġie aggredit minn raġel ieħor. Ftit tal-ħin wara, raġel ieħor li għandu 32 sena u huwa mis-Somalja daħal l-Għassa wara li sofra xi ġrieħi.
Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li għal xi raġuni ż-żewġt irġiel kellhom argument bejniethom waqt li kienu fi Triq Fortunato Mizzi, ir-Rabat, Għawdex. Jidher li wieħed minnhom – ir-raġel ta’ 32 sena allegatament sofra daqqiet t’oġġett li jaqta’.
Iż-żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura fejn ġew iċċertifikati li qegħdin isofru minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt..
Huma qegħdin jinżammu mill-Pulizija għall-iktar stħarriġ.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.