Żagħżugħ mis-Somalja ġie mixli li daħħal tliet kili u nofs ta’ droga magħmula minn pjanta magħrufa bħala khat.
Abdirashid Adan Guled ta’ tnejn u għoxrin sena twaqqaf fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta u qed jiġi akkużat li d-droga li daħħal ma kinitx għall-użu personali tiegħu.
Iż-żagħżugħ li jaħdem bħala waiter wieġeb mhux ħati iżda ma talabx għal-liberta’ proviżorja u għalhekk inżamm taħt arrest preventiv.