Somalu ta’ 22 sena residenti fl-open centre ta’ Ħal Far, Abdiqani Mahad Mohammed, ingħata sentenza ta’ sena ħabs wara li wieġeb ħati għall-akkużi li llum kien qed jittraffika l-kannabis.
Huwa kien ukoll reċediv għal reat kriminali li għalih il-Qorti sabitu ħati fl-2015. L-Ispettur prosekutur qal fil-Qorti li s-Somalu ttraffika d-droga minn distanza ta’ 100 metru jew inqas minn skola jew ċentru għaż-żgħażagħ.