Kien għall-ħabta tas-18:30 ta’ filgħaxija meta l-Pulizija mill-Għassa tal-Belt Valletta u kif ukoll dawk mir-Rapid Intervention Unit marru minnufih fil-post indikat lilhom, fejn kif waslu sabu raġel li kien ferut. Minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li r-raġel sofra ferita t’arma li taqta’ u bil-ponta wara allegat argument.
Il-każ seħħ f’Xatt il-Mollijiet fil-Matsa
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura. Ir-raġel li huwa Somalu u għandu 22 sena, residenti Raħal Ġdid, ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr C Galea LL.D li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonjiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.