Hamza Mohamud Ibrahim, Somalu ta’ sebgħa u għoxrin sena jinżamm arrestat wara li ġie mixli li beżaq fid-direzzjoni ta’ uffiċjal tal-Pulizija.
Barra minn hekk, is-Somalu ġie akkużat li falla milli jobdi l-ordnijiet mogħtija lilu mill-istess uffiċjali.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija fit-tnejn ta’ Jannar, meta l-akkużat kiser il-paċi pubblika fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Fid-dawl li l-akkużat m’għandux residenza fissa, l-imputat ma għamilx talba għall-ħelsien mill-arrest.