Somalu ta’ 28 sena li m’għandux fejn jgħix u jinsab bla impjieġ nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti b’akkużi weġġa’ gravi persuna oħra waqt argument.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-każ seħħ is-Sibt waranofsinhar fi ġnien fi Triq San
Ġorġ f’San Ġiljan.
Intqal li allegatament huwa seraq il-mobile tal-vittma u tah lill-terza persuna, b’dan għadu ma nstabx mill-Pulizija.
Id-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest, minħabba li l-imputat m’għandux indirizz fiss.
Il-Qorti tat ordni li sakemm ikun fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, l-akkużat għandu jingħata t-trattament għad-droga.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.