Somalu ta’ 25 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li f’argument li kellu f’San Ġiljan allegatament kisser flixkun fuq ras refuġjat, heddu u kisirlu mnieħru, b’dan tal-aħħar jindarab gravi.
Is-Somalu kien akkużat ukoll li kiser il-paċi pubblika, u li huwa riċediv, tant li ħareġ mill-ħabs mat-tletin jum ilu.