Somalu ta’ 32 sena, li m’għandux indirizz f’Malta, inżamm arrestat, mixli li seraq basket b’ammont ta’ flus mill-bajja ta’ Spinola, f’San Ġiljan.
L-allegat vittma, qalet li kienet avviċinata minn persuna li qaltilha li l-akkużat kien seraq basket mill-bajja.
Hija qalet li l-basket, kien jiswa madwar €300, u kien fih madwar €500 fi flus kontanti. L-allegat vittma, qalet li meta marret fuq l-akkużat, dan taha l-mobile u l-flus.
Waħda mill-allegat vittma, qalet ukoll li l-ħabiba tagħha kienet qed iżżomm il-flus tal-grupp fil-basket, u ma kinux indunaw li nsterqu għax kienu qed jitkellmu bejniethom.
L-akkuzat wieġeb mhux ħati madankollu baqa’ miżmum taħt arrest wara li ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest, hekk kif m’għandux indirizz fiss.