Żagħżugħ Somalu li jgħix Birkirkara nżamm arrest fil-faċilità YOURS fl-Imtaħleb wara li tressaq il-Qorti akkużat li allegatament ħebb u seraq €1,000 lil Taljan f’Paceville.
Huwa ġie mixli li flimkien ma’ żewġ persuni oħra attakkaw lill-vittma billi żammewh minn għonqu u wiċċu u ġie akkużat ukoll li huwa riċediv.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li l-Pulizija waslet għall-arrest wara li ġew elevati filmati mill-kameras tas-sigurtà.
Intqal ukoll li s’sissa ġiet identifikata persuna minn tlieta li kienu involuti f’dan ir-reat.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.