Somalu ta’ 30 sena residenti jinsab fil-periklu tal-mewt wara argument f’bar, fi Triq ix-Xatt, iż-Żebbuġ Għawdex. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li kien hemm argument bejn is-Somalu u Tork ta’ 35 sena.
Waqt l-argument, is-Somalu kien allegatament qala’ daqqa ta’ tazza u għaldaqstant fuq il-post issejjħu żewġ ambulanzi li ħadu liż-żewġ persuni l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura medika. It-Tork qed isofri minn ġrieħi ħfief.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr P Coppini LLD li ħatar diversi esperti sabiex jasssitu fl-inkjesta li ġie appuntata.
Investigazzjonijiet tal-Pulziija għadhom għaddejjin.