Għaxar persuni tilfu ħajjithom u aktar minn 50 sfaw midruba meta karozza bomba splodiet u sparatura seħħet f’lukanda fil-kapital tas-Somalja, Mogadishu.
L-attakk seħħ fil-lukanda Dayah, fejn fiha kienu qed joqgħodu numru ta’ membri Parlamentari tal-pajjiż.
Qed jingħad li waqt dan l-attakk kien hemm erba’ agressuri, u li l-erbgħa li huma nqatlu mill-Forzi tas-Sigurtà.
Għal dan l-attakk ħa r-responsabbiltà tiegħu l-grupp militant al-Shabab.