Minn sittax-il każ ta’ omiċidju li saru fl-aħħar tliet snin , il-pulizija solviet sitta. Ikkonferma dan il-Ministru tal-Intern, Carmelo Abela, meta kien qed iwieġeb domanda parlamentari tad-deputat Anthony Agius Decelis.
Abela qal li f’dawn l-omiċidji li seħħew bejn l-ewwel ta’ Jannar 2013 u l-aħħar ta’ Diċembri li għadda kien hemm każ b’żewġ vittmi. Fl-għaxar każi li għadhom mhux solvuti l-investigazzjonijiet għadhom għaddejin.