Is-Servizz Pubbliku solva 85% tal-każi mressqa quddiemu mill-Ombudsman.
Dawn kienu każi li għal xi raġuni gew imressqa quddiem entitajiet governattivi, u jew ma ġewx solvuti, jew inkella r-risposta li ngħatat ma kinitx sodisfacenti. Għalhekk, il-persuna ddeċidiet li tieħu dan il-każ quddiem l-Ombudsman, li eventwalment jirrikori bil-każ għand is-servizz pubbliku.
Dan ħareġ mill-ewwel rapport ippublikat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Mario Cutajar, u li ġie ppublikat għall-ewwel darba. Is-Sur Cutajar qal li dan ikompli jżid il-kontabilità tal-Gvern, li jippublika u jagħti rendikont ta’ ħidmietu.