Il-gvern, flimkien mal-MDA u mal-operaturi tal-barrieri laħaq ftehim għall-problema tad-domanda ta’ postijiet fejn jintrama’ l-iskart ta’ kostruzzjoni.
Il-gvern se jibda joffri inċentiv fiskali, li jippermettu lill-istess operaturi jagħzlu li flok iħallsu bir-rata normali ta’ taxxa, tapplika konċessjoni u jħallsu bl-10% final witholding tax għal kull tunellata ta’ skart ta’ kostruzzjoni li huma jirċievu fil-barrieri tagħhom fejn il-prezz ma jaqbiżx il-€5.50 fuq kull tunellata.
Dan l-inċentiv ser ikun qed japplika għal-tlett snin u jibbenefikaw minnhu biss dawk l-operaturi li għandhom il-permessi neċċesarji li jaċċetaw l-iskart u l-kostruzzjoni li ġej minn terzi persuni. Dan bil-għan li l-ispejjez tal-operatur ma jirriflettux f’ aktar spejjeż fuq il-kuntrattur li se jkollu jagħmel tajjeb għalihom il-konsumatur.
F’ konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera, ħabbar ukoll li b’effett immedjat infetħu seba’ barrieri tal-franka fil-limiti taż-Żurrieq li qed jilqaw l-iskart tal-kostruzzjoni. Filwaqt li qal li ġimgħatejn oħra ser tkun qed tinfetaħ waħda mill-ikbar barrieri vojta fil-limiti taż-Żurrieq ukoll biex tilqa’ dan it-tip ta’ skart u li sussegwentament għaddejin trattativi bejn l-Awtoritajiet kompetenti u l-operaturi tal-barrieri biex jitħaffef il-process tal-operating permit biex fit-tlett gimghat li gejjin ikompli jinfethu aktar barrieri.
“B’hekk u b’wiċċi minn quddiem ngħid li flimkien mal-operaturi infushom u r-rappreżentati tagħhom żblokkajna kwistjoni li kienet ilha tkarrkar is-snin u l-pajjiż ser ikun qed jiġi moqdi tajjeb biex jilqa’ għad-domanda ta’ dan it-tip ta’ skart” sostna Herrera.
Il-Ministru għall-ambjent sostna wkoll li b’dawn il-proposti l-gvern se jnkomplu jincentiva aktar lill-operaturi tal-barrieri li mhux biss jirregolaw il-pożizzjoni tagħhom, imma jagħmluhom ukoll aktar attraenti biex jaccettaw skart tal-kostruzzjoni.