Il-Kumitat Festa Sant’ Elena sab soluzzjoni temporanja wara li armar tal-festa mblokka l-aċċess għal bankina f’Birkirkara.
Dan wara li iktar kmieni dalgħodu bosta kienu urtati bil-fatt li nies b’diżabbiltá ma setgħux jaċċessaw ATM minħabba li r-rampa quddiema kienet imblukkata b’armar tal-festa.
Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) iktar kmieni illum esprimiet d-diżappunt għall-fat li dan l-armar imblokka l-aċċess għal bankina għal persuni li jużaw is-siġġu tar-roti.
Fi stqarrija, il-Kummissjoni spjegat li biswit il-Bażilika ta’ Santa Elena ġie armat anġlu fuq kolonna quddiem rampa li toffri aċċess għall-bankina u għal ATM.