Deċiżjoni tal-Gvern se twassal biex persuni li jgħixu fi propjetà mikrija mhux se jkollhom bżonn aktar il-kunsens tas-sid biex jibbenifikaw minn roħs fil-kontijiet tal-enerġija.
Dan kien ftehim li ntlaħaq wara li fl-aħħar jiem kienu konklużi serje ta’ laqgħat mal-Gvern u l-entitajiet konċernati.
Lura fl-2011 grupp ta’ madwar mitt persuna minn pajjizi mill-Unjoni Ewropea fetħu kawża l-ARMS joġġezzjonaw minħabba diskriminazzjoni.
Dan dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma li kienu qed iħallsu b’rata domestika u mhux residenzjali.
Il-Ministru Konrad Mizzi ddeskriva l-ftehim bħala forma ċara ta’ ġustizzja soċjali.
https://youtu.be/iy-quwqbg1A
Mill-2013 ‘il quddiem, il-Gvern ħadem biex isolvi sfidi li kienu qed jaċċjaw dawn ir-residenti ġejjin minn pajjiżi Ewropej u li joqogħdu f’pajjiżna.
Xi ħaġa li tikkonferma l-kelliema li tirraprezenta lil dawk barranin li jgħixu Malta, Patricia Graham.
https://youtu.be/IHttcUznFH4
L-applikazzjoni trid tkun turi li persuna qed tikri l-proprjetà għal mill-inqas sitt xhur u tibqa’ valida sa ħames snin bir-residenti jridu javżaw lill-ARMS wara ħames snin biex din terġa tiġi mġedda.
Dan il-proċess għandu jibda fix-xhur li ġejjin.