Huwa Jum l-Omm partikolari għall-Membru Parlamentari Kristy Debono, għal raġunijiet ħżiena. Hija ddeskriviet att vandalu fuq il-vetturi tagħha u ta’ żewġha magħtul il-lejl li għadda.
Fuq Facebook Debono qalet li dawn l-attakki ma jwasslu għal imkien.
Nuru solidarjetà mal-Membru Parlamentari u nikkundannaw dawn it-tip ta’ atti.
Intant, il-Partit Laburista jikkundana atti vandali u kodardi kontra membri Parlamentari. B’referenza dan il-każ ta’ Debono, il-Partit Laburista jikkundana mingħajr riżervi dawn l-atti.
Dan ma kienx l-unika każ ta’ din ix-xorta fejn riċentament, propju ftit aktar minn ġimgħa ilu, deputat ieħor safa vittma wkoll ta’ att vandalu, din id-darba l-Ministru Michael Farrugia.
“Atti bħal dawn għandhom isaħħu r-rieda tad-Deputati taż-żewġ naħat tal-kamra, kif ukoll tal-politiċi b’mod ġenerali, sabiex jissoktaw bil-ħidma tagħhom, irrispettivament min huma u dak li jemmnu fih.”
Il-Partit Laburista jappella lil forzi tal-Ordni, biex bħal ma jiġri dejjem, f’kull każ li ċittadin imur bih, jieħdu każi bħal dawn b’serjetà kbira.