Jitnieda l-premju għall-anzjanitá attiva. Din is-sena se jkun mifrux fuq seba’ kategoriji, bil-kategorija solidarijetá Interġenerazzjonali hija kategorija ġdida għal din is-sena.
Dan il-Premju ser jirrikonoxxi l-impatt li persuna jew organizzazzjoni tkun ħalliet fuq is-solidarjetá interġenerazzjonali. Din il-persuna, li mhux bilfors tkun anzjana, jew l-organizzazzjoni nominata, bil-ħidma tagħha jew b’inizjattiva tagħha tkun ippromoviet is-solidarjetà interġenerazzjonali.
Is-seba’ ketegoriji humwa:
Premju Anzjanità Attiva;
Premju Kopja Miżżewġa;
Premju Anzjanità Akkademika;
Premju Anzjanità Sportiva;
Premju Mudell Ideali;
Premju Anzjanità Kulturali;
u Premju Solidarjetà Interġenerazzjonali.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanitá Attiva, Anthony Agius Decelis, tkellem dwar l-iskop jirrikonnoxxu lill-anzjani, persuni oħra u organizzazzjonijiet li jaħdmu sabiex il-prinċipju tal-anzjanità attiva ma jibqax fuq il-karta, imma tmur viċin il-komunitajiet fil-pjazzez u rħula.
Fid-diskors tiegħu, il-Professur Carmelo Borg, Chairperson tal-bord tal-għażla, saħħaq li l-Premju Anzjanità Attiva jfakkarna fis-sbuħija ta’ anzjanità mgħixa b’enerġija pożittiva u f’solidarjetà mal-proxmu.
L-applikajzzonijiet huma miftuħa u jistgħu jinġabru mis-Segretarjat 310, Palazzo Ferreria, l-Belt Valletta, mill-Kunsilli Lokali jew minn fuq is-sit www.activeageing.gov.mt. In-nominazjzonijiet għandhom jintbgħatu b’mod elettroniku fuq premjuanzjanitaattiva.mfcs@gov.mt jew bil-posta fuq dan l-indirizz: 310, Palazzo Ferreria, l-Belt Valletta. In-nominazzjonijiet jagħlqu fil-11 ta’ Settembru, 2019.