Ħafna nħasdu bil-mewt ta’ Kevin Vella. Persuna b’diżabbiltà magħrufa għall-attiviżmu tiegħu u l-appelli tiegħu favur ħajja indipendenti tant li għal dawn l-aħħar snin għex flimkien ma’ martu Rita Vella Borg fid-dar tagħhom fil-Mosta.
Jirriżulta li Vella miet wara jiem rikoverat l-isptar u mal-aħbar tat-telfa tal-fundatur tal-Muscular Dystrophy Group il-facebook tiegħu mtela b’messaġġi ta’ solidarjetà, fosthom dawn li jidhru hawn taħt.