SoftwareOne Holding AG, kumpanija globali ewlenija fil-qasam tas-softwer u fornitur ta’ soluzzjonijiet marbuta mal-cloud, u Ralliton, kumpanija li toffri servizzi marbuta mal-cloud, ħabbru ftehim ġdid ta’ sħubija strateġika. Skont it-termini tal-ftehim, Ralliton u SoftwareOne se jaħdmu b’mod esklussiv f’Ċipru u Malta biex jipprovdu l-firxa ta’ prodotti u servizzi kollettivi tagħhom, inkluż Intelliġenza Artifiċjali (AI) u data analytics, infrastruttura tal-cloud, u modernizzazzjoni tal-applikazzjonijiet, kif ukoll Digital Workplace u soluzzjonijiet ta’ sigurtà bbażati fuq teknoloġiji tal-Microsoft.
Il-pajsaġġ tat-trasformazzjoni diġitali f’Ċipru u Malta wera tkabbir b’saħħtu fl-aħħar snin, b’mod partikolari fl-industriji tal-fintech, tbaħħir, assigurazzjoni u gaming. Magħrufa għall-innovazzjoni rapida tagħhom, dawn is-setturi industrijali huma f’pożizzjoni li jibbenefikaw minn dak li Ralliton u SoftwareOne qed joffru flimkien lis-suq fejn jidħlu soluzzjonijiet marbuta mal-cloud. Permezz tal-għarfien ta’ SoftwareOne u Ralliton f’AI avvanzata u data analytics, kif ukoll fil-modernizzazzjoni tal-infrastruttura u l-applikazzjonijiet, il-kumpaniji f’dawn l-industriji jitpoġġew f’pożizzjoni li jsaħħu l-effiċjenzi operattivi, jikkonformaw ma’ regolamenti li qed jevolvu, u joffru esperjenzi superjuri lill-utenti. Permezz ta’ dan il-kollaborazzjoni, il-klijenti se jibbenefikaw minn provvista ta’ Managed Security Operations Center (SOC) robusta, li toffri monitoraġġ kontinwu, identifikazzjoni ta’ theddid, u rispons rapidu għal inċidenti ta’ sigurtà.