“Sofrejt imma jekk ikolli nerġa’ nagħżel, nagħżel karriera ta’ pulizija u ngħaddi minn dak kollu li għaddejt.”
Dan huwa kliem is-Surġent Simon Schembri, li sentejn ilu kien qed jilgħabha mal-mewt wara li allegatament ittajjar u spiċċa mixħut taħt bankina fid-daħla taż-żona industrijali ta’ Ħal-Luqa.
Huwa kien ġarrab ġrieħi serji f’diversi partijiet ta’ ġismu u tilef parti minn idu.
F’din il-ġurnata, li ġġib magħha memorji koroh għall-familja Schembri, iltqajna ma’ Simon, meqjus bħala eroj.
L-aħjar siltiet mill-intervista tixxandar f’servizz dettaljat illejla fil-bullettin tal-aħbarijiet ta’ ONE News fis-7:30 p.m.