Michael Vassallo huwa persuna b’diżabilità li snin ilu weġġa’ waqt attività tal-festa fis-Siġġiewi. Kif jidher fil-filmat, kien mistieden biex jinawgura sala ġdida ta’ €80,000 flimkien mal-Prim Ministru u l-President tas-Socjetà. Grazzi għal din is-sala u dan il-proġett, Michael jista’ wkoll ikun fiċ-ċentru ta’ din is-socjetà.
L-installazzjoni ta’ lift fil-każin se jgħin lis-socjeta’ tkompli xxerred il-kultura muzikali u tagħmel il-ġid fis-Siġġiewi. Il-każin tal-Banda San Nikola sar aċċessibli anke għal persuni b’ diżabilità u issa hemm ħeġġa biex is-sala tilqa’ attivitajiet soċjali varji. Għal dan il-għan il-Banda San Nikola rnexxila tikseb €64,000 f’fondi Ewropej taħt il-programm LEADER.
U fil-ġimgħa li tiġi ċċelebrata l-Festa ta’ San Nikola fis-Siġġiewi, niżlet għasel l-inawgurazzjoni ta’ sala ġdida. Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li proġetti bħal dawn jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies.
Il-Membru Parlamentari Silvio Schembri, li mexxa l-proġett, esprima kemm kien qawwi l-bżonn tal-komunità għal sala ġdida fejn ikun jista’ jsir tagħlim tal-mużika u kunċerti mużikali f’ambjent aktar modern u addatat. Enfasizza l-importanza li l-Gvern ikompli jgħin lis-soċjetà ċivili b’kull mezz possibbli u mingħajr burokrazija żejda. Apella lill-għaqdiet oħra biex jersqu ‘l quddiem u japplikaw sabiex huma wkoll jibbenefikaw minn diversi għajnuniet li jeżistu.
Il-President tal-Banda San Nikola, Keith Abela, spjega li s-sala hija awdjo-viżiva u multi purpose.
https://www.youtube.com/watch?v=9KhcF1qybbE