Fuq One Radio il-Prim Ministru Joseph Muscat spjega kif din il-ġimgħa l-gvern kompla bil-ħidma fil-qasam tal-ekonomija. “Il-figuri juru li l-ekonomija Maltija kompliet tikber bid-doppju tal-ekonomija Ewropea u ta’ dan sodisfatti mmens u nħarsu ‘l quddiem,” qal Joseph Muscat.
Irrefera għal aħbarijiet importanti bħal fatt li Yovo qalu li se jiftħu l-kwartieri ġenerali f’Malta.
Referenza wkoll għaċ-ċelebrazzjoni tal-15- il sena minn meta l-Lufthansa Teknik ġiet f’pajjiżna. “Inħarsu ‘l quddiem li dawn it-tip ta’ investimenti jkomplu jikbru. Dawn l-investimenti juru li l-ekonomija Maltija hija diversifikata,” qal Joseph Muscatli sostna li l-oqsma kollha huma importanti.