Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) esprimiet is-sodisfazzjon tagħha dwar il-mod kif ipproċediet l-Università ta’ Malta wara li s-sena li għaddiet saritilha kritika minn Emily Slater, studenta bl-awtiżmu li tkellmet f’seduta tal-Euroscola fil-Parlament ġewwa Strasburgu.
Slater kienet tkellmet dwar il-problemi li jiltaqgħu magħhom persuni li għandhom xi forma ta’ “learning difficulty” biex ikomplu l-istudji tagħhom ġewwa l-Università ta’ Malta minħabba nuqqas ta’ xi suġġetti bażiċi. Minn dakinhar kienet bdiet diskussjoni dwar dan is-suġġett fejn saħansitra saru diversi konferenzi li fihom tqanqal dan l-appell. Fost dawn kien hemm il-konferenza organizzata mill-Fakultà tat-Tisħiħ tas-Soċjetà u Prorettorat f’Novemberu li għadda.
L-2016 se tibqa’ msemmija għall-ħidma favur l-inklużjoni, b’mod speċjali għal persuni bl-awtiżmu. F’din is-sena kellna l-introduzzjoni tal-Autism Empowerment Act, liġippreżentata mis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva li ġiet approvata mill-Parlament f’April.
Is-Sur Oliver Scicluna, Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità jifraħ lill-Prorettur Dr Carmen Sammut u t-tim tagħha għaliex mhux biss semgħu dak li kellhom xi jgħidu s-CRPD, l-għaqdiet u l-partijiet kollha konċernati iżda ħadmu wkoll biex jinbidlu r-regoli li wessgħu l-bibien tal-Università ta’ Malta fejn issa saret aktar inklussiva.
Is-CRPD tawgura li din id-deċiżjoni tħalli warajha ħafna opportunitajiet li għada pitgħadatissarraf biex pajjiżna jkollu aktar persuni b’potenzjal differenti jimirħu fl-oqsma li jixtiequ. Tħeġġeġ ukoll biex istituzzjonijiet oħrajn jimxu fuq il-passi tal-Università ta’ Malta.