L-Awditur Ġenerali Charles Deguara qal li jinsab sodisfatt li l-Gvern qiegħed iwettaq rakkomandazzjonijiet lil bosta entitajiet governattivi bil-għan li tkompli tiżdied il-governanza t-tajba u l-kontabilità.
Fl-aħħar jiem, is-Segretarju Permanenti Ewliewni ħabbar li l-Gvern wettaq tliet kwarti tar-rakomandazzjonijiet mill-aħħar rapport tal-Awditur Ġenerali.
Ma’ ONE NEWS is-Sur Deguara qal li l-uffiċċju tiegħu laqa’ l-impenn tal-Gvern li jwettaq ħafna mir-rakomandazzjonijiet li kienu pproponew.
“Din għalina hija sinjal ta’ sodisfazzjon għax min jaħdem hawn ġew is-sodisfazzjon tagħna jiġi mill-fatt fejn aħna nwettqu ċertu audits li nsibu ċerti shortcomings li nkunu sibna fix-xogħol tagħna jkunu indirizzati. Meta aħna niġu infurmati b’riżultat bħal dan fejn ħafna mill-ideat tagħna dwar kif jistgħu jiġu inidirizzati dawn in-nuqqasijiet qegħdin jiġu attwati qegħdin jiġu indirizzati dan huwa ta’ sodisfazzjon.” Stqarr Deguara.
Huwa spjega wkoll li b’din il-ħidma, il-Gvern qiegħed isir dejjem aktar kontabbli u li t-taxxi tal-poplu se jintużaw b’mod aħjar.
“Dan ifisser li s-servizz qed isisr dejjem iżjed effiċjenti u efettiv u dan huwa ta’ sodisfaazzjon anki għaċ-ċittadini tagħna. Fl-aħħar mill-aħħar permezz tax-xogħol tagħna aħna nassiguraw lill-poplu li t-taxxi tagħhom qed jintużaw b’mod tajjeb.” Kompla Deguara.
L-Awditur Ġenerali qal dan waqt żjara li għamillu l-Membru Malti fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri Leo Brincat. Is-Sur Brincat flimkien mal-Awditur Ġenerali tkellmu fuq diversi materji fosthom dwar il-kwistjoni tal-immigrazzjoni.
Is-Sur Brincat spjega li l-uffiċċju tiegħu ġie inkarigat sabiex jagħmel eżerċizzju ta’ awditjar dwar is-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni fl-Unjoni Ewropea. Qal li dan qed isir sabiex jassiguraw ruħhom li l-fondi Ewropej f’dan il-qasam tant delikat jintefqu sew.
“Aħna li għandna l-obbligu li nagħmlu hu li meta jkollok issue bħall-migration fil-każ tiegħi kelli l-inkarigu li niffoka anki fuq dawk il-hotspots fejn hemm immigranti f’postijiet bħal sanos u anki ċentri li hemm ġol-italja. Aħna l-obbligu tagħna jkun biss illi naraw il-fondi ewropej jintefqu kif suppost.” Ikkonkluda Brincat.
Huwa tkellem ukoll dwar il-ħidma tal-Gvern sabiex iwettaq numru kbir ta’ rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali. Spjega li dan ikompli jawgura tajjeb għal aktar prattiċi tajbin fil-ħidma tal-Gvern u s-settur pubbliku.