- Ħidma biex sal-aħħar ta’ dan ix-xahar tidħol il-liġi dwar il-koabitazzjoni
Fis-snin li ġejjin inkomplu nsostnu l-ugwaljanza u mmexxu ‘l quddiem l-ugwaljanza. Ħafna drabi, l-abbuż isir minn raġel li jkun jaf li jista’ jżomm lil martu għax m’għandhiex biex tgħix. L-aħjar ħaġa biex tipprevjeni abbużi hija l-indipendenza finanzjarja.
Għad hemm liġjijet li jiddiskirimaw bejn irġiel u nisa, saħaq Joseph Muscat.
Il-liġi dwar il-koabitazzjoni kienet ilha fuq l-ixkaffa għal snin twal, osserva l-Prim Ministru. Iżda sal-aħħar ta’ dan ix-xahar, il-Parlament irid ikun għadda din il-liġi, li se tipproteġi eluf ta’ tfal. Ħaddieħor, qal il-Prim Ministru, ma kellux il-kuraġġ jagħmilha. Spjega li jkun hemm sitwazzjonijet fejn koppju li kienu jikkoabitaw
Fis-snin li ġejjin għandu jkun hemm responsabilizazzjoni fit-trobbija tal-ulied. Il-Prim Ministru spjega li hemm ukoll diskussjonijiet biex min ikun irid imur għall-IVF ma jieħux il-ħin mill-leave. Issa hemm diskussjonijiet ukoll biex minflok il-leava tal-maternità jittieħed kollu f’salt, jittieħed skont kif jaqbel lill-ġenituri.
Diskussjonijiet oħra se jaraw li l-leave tal-paternità u l-maternità jkunu mgħaqqda flimkien, biex l-omm u l-missier jaqsmu bejniethom il-leave, u b’hekk mhux l-omm bilfors trid tibqa’ d-dar.
Il-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja politika għadha mhix b’saħħitha biżżejjed, osserva l-Prim Ministru. Qal li hemm bżonn diskussjoni f’dan ir-rigward ukoll, għaliex fil-Parlament m’hemmx biżżejjed nisa. Il-PL għandu jkun dak il-partit li jipproponi modi ġodda kif in-nisa jieħdu sehem aktar attiv f’dan ir-rigward.