Il-plejer leġġendarju malti tas-Snooker Tony Drago għadda għas-semifinali tal-World Seniors Championships fi Crucible f’Sheffield l-Ingilterra. Dan wara li tard il-Ġimgħa filgħaxija huwa għeleb lill-ingliż Stuart Watson bi skor ta’ 3-1.
Drago beda tajjeb hekk kif rebaħ l-ewwel żewġ frames. Watson rebaħ it-tielet frame filwaqt li r-raba’ frame kien wieħed mimli eċitament u li dam 30 minuta. Hawnhekk kien il-plejer malti li ħareġ rebbieħ.
L-avversarju tad-Drago fis-semifinali tal-lum se jkun Igor Figueiredo li min-naħa tiegħu elimina b’sorpriża liċ-champion renjanti Jimmy White bi skor ta’ 3-0.