Chris Peplow rebaħ il-finali tat-tielet ranking tournament tal-istaġun organizzat mill-Malta Billiards & Snooker Association. meta għeleb lil Aaron Busuttil bi skor ta’ 5-4 f’logħba missielta.
Bidu tajjeb għal Aaron Busuttil hekk kif rebaħ l-ewwel frame b’Peplow jirrispondi bir-rebħ tal-erba’ frames ta’ wara. Huwa anke għamel l-aħjar break tal-logħba b’84 punt.
Reazzjoni ta’ Busuttil li rnexxielu jagħmel l-iskor indaqs biex il-finali marret għall-frame deċiżiv. Dan il-frame intrebaħ minn Peplow biex rebaħ il-finali.
Il-punteġġi kollha kineu: 36-71, 64-38, 84-0, 61-17, 72-1, 0-70, 20-68, 43-73 u 68-41.
Fi tmiem il-finali l-President tal-Malta Billiards & Snooker Assocaition Ivan Brincat, ippreżenta t-trofew lil Chris Peplow.
Dan kien is-seba’ ranking tournament mirbuħ minn Peplow fil-karriera tiegħu.