Il-plejer tas-Snooker Aaron Busuttil, li ħmistax ilu sar iċ-ċhampion lokali għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu, is-sibt wara nofsinhar beda b’rebħa waqt l-impenji tieġħu fl-ewwel Q School Event li qed isiru f’Morningside Arena f’Leicester l-Ingilterra. Huwa għeleb liż-żgħażugħ ta’ 14-il sena minn Wales Riley Powell 4-2 (66-43, 78-0, 67-54, 13-70, 53-65 u 70-37)
B’din ir-rebħa Busuttil ikkwalifika għat-tieni round u issa ser jiltaqa’ kontra l-Ingliż, George Pragnell.
Sentejn ilu Busuttil fl-ewwel Event ta’ din il-kompetizzjoni kien wasal mal-aħħar 32.
Miż-żewġ Q School Events li ser isiru tmien plejers ser jirbħu Tour Card.
Dawn ikunu dawk li jirnexxielhom jaslu sas-semi-finali minn kull Event. Aktar minn 200 plejer irregistraw biex jipparteċipaw f’din il-fażi.