Snack bar fil-Ħamrun ġie mmultat €3000 wara li nqabad bil-klijenti ġewwa fil-jum tas-Sibt, bi ksur tal-avviż legali li għalaq l-istabbilimenti tal-ikel ħlief għal take away jew delivery.
Din is-sejba saret meta komplew l-ispezzjonijiet tal-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu fost l-istabbilimenti tal-ikel.