L-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż ingħaqdu f’messaġġ wieħed ta’ ottimiżmu u kuraġġ b’kollaborazzjoni mal-Orkestra Filarmonika tal-Malta.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministeru għat-Turiżmu, il-Ministeru tal-Kultura u l-Awtorita tat-Turiżmu tnediet il-kanzunetta klassika ta’ Charlie Chaplin SMILE b’arranġament tal-Orkestra filarmonika taħt it-tmexxija tal-Maestro Sigmun Mifsud.
Mifsud spjega dan l-arranġament.
“Qlibniha għall-Malti mit-traduzzjoni ta’ Manuel Spagnol, idħak ftit. L-arranġament mużikali huwa ta’ Daniel Cauchi kif ukoll insibuh bħala wieħed mill-kantanti f’din il-produzzjoni li jingħaqad flimkien mat-tenur Malti Joseph Callejja.” Stqarr Mifsud.
Il-vidjo mużikali jinkludi messaġġi ta’ ispirazzjoni mill-Eċċellenza Tiegħu il-President ta’ Malta George Vella, il-Prim Ministru ta’ Malta Robert Abela, l-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles Scicluna, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci.
Iċ-Ċermen tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta Sigmund Mifsud stqarr li l-Orkestra qiegħda ssarraf ir-restrizzjonijiet imposti mill-COVID-19 f’opportunitajiet innovattivi. Il-fatt li l-kunċerti skedati kellhom jitħassru qed joffri spazju biex l-orkestra tibqa’ tiffoka fuq il-missjoni ewlenija tagħha li twassal il-mużika, issa b’mod ġdid f’dinja diġitali.
Il-Ministru għat-Turiżmu Farrugia Portelli qalet li minkejja li bħalissa t-turiżmu huwa assenti, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu qed taħdem fuq diversi proġetti anki b’kollaborazzjoni ma’ Heritage Malta, sabiex inkomplu nirriklamaw lill-pajjiżna bħala l-ewwel destinazzjoni li t-turist għandu jżur wara l-Covid.
Il-Ministru għall-Kultura Jose Herrera tenna kif propju ġurnata biss wara li l-Gvern u l-awtoritajiet tas-saħħa qablu li jibdew inaqqsu r-restrizzjonijiet relatati mal-imxija tal-COVID-19 kif ukoll ġurnata wara Jum il-ħaddiem permezz tal-mużika u t-talent kulturali li għandna f’pajjiżna qiegħdin inwasslu dan il-messaġġ pożittiv f’sens ta unità.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Johann Buttigieg spjega kif l-Awtorita’tinsab kburija li qed tikkollabora ma’ entitajiet eċċellenti fix-xena kulturali lokali.