L-SMEs f’pajjiżna se jkunu qed igawdu minn kumpaniji ġodda fuq il-borża ta’ Malta. Dan permezz tal-programm, SME Prospects. SFA spa u IG finance se jkunu qed jiffaċċilitaw l-aċċess għall-kapital għall-kumpaniji żgħar u medji li joperaw f’Malta.
Kumpaniji żgħar u medji jkollhom bżonn aċċess għall-finanzi biex ikunu jistgħu joperaw u jkabbru l-operat tagħhom filwaqt li jkomplu joħolqu aktar impjiegi. L-aċċess limitat għall-finanzi ħafna drabi jimmina l-potenzjal ta’ dawn il-kumpaniji u l-irwol li jista’ jkollhom fl-ekonomija Maltija li qed tikber bla preċedent. Il-programm, Prospects, qed jaħdem id f’id mal-ħidma tal-Gvern biex l-SMEs f’pajjiżna jibqgħu jikkontribwixxu fl-ekonomija u jkomplu jiżdiedu.
Il-Ministru Edward Scicluna qal li wara l-interess ta’ dawn iż-żewġ kumpaniji fin-negozji żgħar u medji f’pajjiżna, se nkunu qed naraw aktar kumpaniji li juru interess f’SME Prospects.
Għalhekk dawn il-kumpaniji se jkunu qed joffru opportunitajiet ġodda lil kumpaniji żgħar u medji biex ikollhom aktar aċċess għall-kapital b’effiċjenza.