Il-Kamra tal-Kummerċ għan-Negozji Żgħar u Medji sellmet il-memorja ta’ Charles Busuttil, li għadu kemm miet. Busuttil serva bħala President tal-GRTU bejn l-1998 u l-1999 u bejn l-2001 u l-2004.
Sena ilu, fl-okkażjoni tal-75 anniversarju tagħha, il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji stiednet lil Busuttil fejn ġie ppreżentat b’rigal kommemorattiv mill-President Emeritu George Vella għall-ħidma tiegħu matul il-mandati tiegħu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Permezz ta’ stqarrija l-Ħamis filgħodu, il-Kamra tal-SMEs esprimiet il-kondoljanzi tagħha mal-familja ta’ Busuttil f’dan iż-żmien diffiċli.