Id-diska popolarissima “Don’t Be So Shy”, jew il-verżjoni remix tagħha biex inkunu preċiżi, kisbet suċċess kbir fiċ-charts mondjali, u anke hawn Malta.
Issa nistgħu inħabbru li Filatov & Karas, l-imħuħ wara din id-diska, se jkunu hawn Malta nhar il-Ġimgħa, 4 ta’ Novembru.
F’San Ġiljan se jtellgħu 90 minuta live-set flimkien mal-kantanta Alida, li se tkun qed teżebixxi ‘live’.
Din hija verżjoni akustika tal-kanzunetta, l-oriġinali tal-kantanta Imany.