Il-klabb tal-futbol ta’ tas-Sliema ġie ordnat iħallas kważi €36,000 lil bank HSBC wara li baqa’ ma ħallas flus li nġibdu minn tip ta’ kont li jħallik tissellef.
Sliema Wanderers baqgħu m’onorawx ftehim li kellhom mal-bank.
Propju ftit tal-jiem ilu l-klabb iffirma dikjarazzjoni fejn ammetta li għandu jagħti eluf ta’ ewro lil bank, bl-Imħallef jordna li l-klabb għandu jħallas bl-interessi kif maqbula mal-bank.