Sliema Wanderers, permezz tal-president tagħhom Keith Perry, ilbieraħ resqu sett ta’ proposti lis-Segretarju Parlamentari għaż-żgħażagħ, sport u għaqdiet tal-volontarjat Dr. Clifton Grima sabiex jibdew jagħmlu użu mil-liġi l-ġdida li tippermetti lill-klabbs Maltin jikkumerċjalizzaw l-faċilitajiet tagħhom bl-għan li jdaħħlu flus li bihom jistgħu jmexxu l-klabb fl-operat tiegħu.
Sliema huma l-ewwel klabb li resqu pjan għall-approvazzjoni tal-Gvern li fih hemm inkluz investiment ta’ 40 miljun ewro li apparti l-aspett kummerċjali jinkludi ukoll faċilitajiet moderni li ser ikun jistaw jintużaw mill-plejers.
Preżenti wkoll għal din il-preżentazzjoni kien hemm l-konsulent għall-isport Dr Chris Bonnet.