Permezz ta’ wirja ta’ karattru speċjalment fit-tieni taqsima, f’dak li hu magħruf bħala l-‘Old Firm Derby’ jew id-‘Derby l-Antik ta’ Malta, Sliema Wanderers għelbu lir-rivali Floriana bl-iskor ta’ 2-0 biż-żewġ goals għalihom jaslu fit-tieni taqsima.
B’hekk wara telfa kontra Birkirkara u draw kontra Hibernians, din kienet it-tielet partita konsekuttiva mingħajr rebħa għall-Greens. Min-naha l-oħra kompliet is-sensiela ta’ riżultati pożittivi minn Sliema hekk kif din kienet proprju r-raba’ rebħa in fila għalihom.
Floriana kellhom lil Guy Serge Cedric Yameogo sospiż, iżda rritorna għalihom minn sopsenjsoni l-player Jose Fernando Junior Gomes. Min-naħa l-oħra Sliema kellhom lid-difensur internazzjonali Cain Attard nieqes minħabba li qed jirkupra minn injury fl-irkoppa.
Kienu Sliema li ħarġu fuq l-offenisva u fis-sitt minuta Wescley ittanta xortih permezz ta’ xutt b’saħħtu minn pożizzjoni ideali li iżda ntemm għoli.
Floriana wieġbu fl-14-il minuta permezz ta’ xutt mill-ewwel kważi minn tarf il-kaxxa ta’ Matias Nicolas Garcia li ntemm għoli. Ħames minuti wara Jake Grech dejjem għall-Greens kellu xutt mid-distanza li ntemm barra.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u fit-42 minuta Julian Gonzalo Gamarra kellu x-xutt tiegħu mill-viċin salvat tajjeb mill-goalkeeper tal-Wanderers, Kelvin Emeka Agu.
Sliema Wanderers fetħu l-iskor fl-64 minuta meta s-sostitut MOHAMED AWAD kellu l-ewwel xutt tiegħu salvat parzjalment mill-goalkeeper ta’ Floriana, Christoffer Mafoumbi, biex mir-rebound l-istess player bi preċiżjoni tefa’ ġewwa.
U jidher li huma ma kinux kuntenti biżżejjed b’dan l-iskor hekk kif sitt minuti wara rduppjaw l-iskor biex issiġillaw ir-rebħa meta l-iskorer prolifiku Sloven VITO PLUT wara li rċieva dirett mingħand il-goalkeeper Kelvin Emeka Agu, permezz ta’ xutt angolat fil-baxx minn ġol-kaxxa ma ħafirx.
Il-partita komoliet ikkaratterizzata minn ħafna logħob f’nofs il-ground, bl-iskor jibqa’ ma jinbidilx sa tmiem il-partita, u bil-Wanderers ikomplu jamministraw il-vantaġġ doppju li kellhom sa tmiem il-partita.
Referee: Fyodor Zammit
Plejer tal-Logħba: Myles Beerman (Sliema W.)