Sliema Wanderers tilfu posthom fl-għola diviżjoni tal-futbol Malti meta l-Ħadd wara nofsinhar ġew megħluba minn Valletta 3 – 1 biex matematikament ġew relagati għac-Challenge League.
Kien Fontanella li poġġa lill Valletta fil-vantaġġ wara kwarta logħob bl-ewwel taqsima intemmet 1 – 0. Tulimieri kwarta mit-tmiem għamilhom 2 – 0 b’Sliema jnaqsu d-distakk tlett minuta biss wara permezz ta’ Linton. Fil-82 minuta Sala skorja t-tielet gowl għal skor finali ta’ 3 – 1.
Draw bejn Gzira United u Birkirkara ġie r-reġistrat fl-ewwel logħba fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali liema draw prattikament ma biddel xejn fil-klassifika.
Kien Jefferson De Assis li poġġa lill-Gzira United fil-vantaġġ biex ma kważi siegħa logħob Enrico Pepe ġab id-draw għal skor finali ta’ 1 – 1.
Fl-aħħar logħba tal-Ħadd Gudja United għelbu lill-Hamrun Spartans 1 – 0 bl-uniku gowl tal-partita jiskorjaħ Gabriel Mensah fil-58 minuta.