Sliema huma ċ-Champions tal-Kampjonat BOV Premier tal-Water Polo tax-Xitwa.
Wara li spiċċaw il-kampjonat fuq punti ndaqs mar-rivali San Giljan, il-bilanċ bejn iż-żewġ team kien evidenti ħafna meta spiċċaw il-logħba bl-iskor ta’ 10-10. Kienu Sliema li rebħu l-ewwel sessjoni 4 bi 2. Risposta ta’ San Ġiljan fit-tieni sessjoni b’rebha ta’ 3-1 biex ġabu l-iskor indaqs. L-isfida kompliet fiż-zewġ sessjonijiet ta’wara. It-tielet sessjoni intemmet 4 bi 3 ghal San Ġiljan filwaqt li l-aħħar sessjoni ġiet mirbuħa minn Sliema 2-1. Dan fisser li kollox kellu jiġi deċiż bil-penalties u hawnhekk kienu Sliema li ħarġu rebbieħa 5-4, għall-skor finali jkun ta 15-14.
Għal Sliemna dan kien id-disa’ kampjonat tax-Xitwa mirbuħ minnhom u t-tieni unur ghal dan l-istaġun wara r-rebħ tal-Enemed Cup ftit tal-ġimgħat ilu.
Charles Azzopardi, Head CSR fi ħdan il-Bank of Valletta u Carlo Mifusd, Viċi President tal-Assoċjazzjoni Sport Akkwatiku ta’ Malta ppreżentaw it-Trofew tal-Kampjonat BOV tal-Water Polo tax-Xitwa lil Sliema.