Il-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Sky News Australia neħħiet numru ta’ filmati mis-sit tagħha wara li YouTube issospenda l-profil tagħha talli xerrdet informazzjoni skoretta dwar il-COVID-19.
L-istazzjon televiżiv ġie kkritikat talli ppromwova komplott filwaqt li tefa’ dubji fuq dak li kien qed jintqal mill-awtoritajiet tas-saħħa. Tant, li l-fehmiet li esprimew xi ġurnalisti f’din il-kamra tal-aħbarijiet ġew miċħuda mill-awtoritajiet tas-saħħa madwar id-dinja.
B’reazzjoni għal dan, fl-aħħar jiem il-kamra tal-aħbarijiet neħħiet mat-30 filmat mingħajr spjegazzjoni, jew tal-inqas ipprovat tikkoreġi dak li kien inkorrett.
Ritratt: Getty Images